Tuesday, April 30, 2024

Tindarab gravi f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara

Aqra wkoll

Mara ta’ 53 sena residenti l-Imsida sofriet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-5.45p.m., fi Triq Dun Karm, f’Birkirkara.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Piaggio Vespa GTS misjuq minn raġel ta’ 60 sena residenti l-Imsida u Toyota Funcargo, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 58 sena, residenti Birkirkara. Fuq il-mutur kien hemm ukoll il-mara ta’ 53 sena.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport