Friday, May 3, 2024

Tindarab gravi wara ħabta bejn erba’ vetturi f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Mara ta’ 62 sena residenti n-Naxxar weġġgħet gravi wara inċident tat-traffiku bejn erba’ vetturi.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-4.00p.m. fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn erba’ vetturi; Subaru Forester misjuqa mill-mara ta’ 62 sena, Otokar Kent C misjuqa minn raġel ta’ 48 sena residenti San Pawl il-Baħar, Volvo XC60 misjuqa minn raġel ta’ 55 sena residenti l-Mellieħa u Volkswagen Polo misjuqa minn raġel ta’ 55 sena residenti x-Xewkija, Għawdex.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hi ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi. 

Il-persuni l-oħra involuti fl-inċident ma sofrew l-ebda ġrieħi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport