Monday, May 13, 2024

Tinġabar is-somma sabiħa ta’ €92,500 mill-Mixja ta’ Puttinu

Aqra wkoll

Ilbieraħ, kien hemm baħar ta’ nies li attendew bi ħġarhom biex jgħinu fil-kawża ġusta ta’ Puttinu Cares, billi mxew mill-Mellieħa sal-Furjana. Ftit tal-ħin ilu, Puttinu Cares ħabbret li b’kollox nġabru €92,500.

Ta min ifaħħar ukoll lill-uffiċjali kollha involuti u l-għexieren ta’ voluntiera li kienu qegħdin jagħtu l-kontribut tagħhom matul din il-mixja. Filwaqt li l-uffiċjali kienu inkarigati mill-ordni u s-sigurtà tal-pubbliku, bosta voluntiera kienu qegħdin fost l-oħrajn jassistu waqt waqfiet biex dak li jkun ibill griżmejh b’naqra ilma frisk u jieħu daqsxejn nifs

Sport