Friday, May 3, 2024

Tinħareġ il-liċenzja għal-linja nazzjonali l-ġdida tal-ajru

Aqra wkoll

Id-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili ta’ Malta ħareġ liċenzja u ċertifikat ta’ Operatur tal-Ajru lil KM Malta Airlines Ltd. Dan se jwitti t-triq sabiex tiġi stabbilita l-linja nazzjonali tal-ajru l-ġdida tal-Gżejjer Maltin. 

Il-linja tal-ajru l-ġdida se tkun qiegħda tagħmel l-ewwel titjira tagħha fil-31 ta’ Marzu 2024. Dan tħabbar fi stqarrija maħruġa mill-KM Malta Airlines Ltd, li spjegat kif il-viżjoni tagħha hi li tipproteġi u ttejjeb il-konnettività tal-Gżejjer Maltin mal-Ewropa u anke lil hinn, tappoġġja l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż u tkun linja tal-ajru sostenibbli u ta’ suċċess.

KM Malta Airlines ħabbret li nediet l-iskeda tagħha għas-sajf 2024, u l-bookings se jitħu nhar it-Tnejn li ġej. Din l-iskeda se tibda fil-31 ta’ Marzu 2024 u se tibqa’ għaddejja sas-26 ta’ Ottubru 2024. B’kollox ser tkun qed tkopri 17-il ajruport fi 15-il belt b’total ta’ 8,546 titjira. 

Il-linja tal-ajru ħabbret ukoll li fetħet l-applikazzjonijiet għal postijiet tax-xogħol fi ħdan hekk kif qed tfittex li timpjega 375 persuna, bl-ewwel sejħa se tkun għall-Kaptana u First Officers.

Sport