Tintemm b’suċċess l-operazzjoni ta’ Ben

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg ħabbar li l-operazzjoni ta’ Ben Caruana Rizzo, it-tifel ta’ 14-il sena li ndarab fl-inċident traġiku bid-dgħajsa f’Baħar iċ-Ċagħaq, intemmet b’suċċess.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Borg irringrazzja lill-professjonisti Maltin, lill-kirurgu li ġie minn barra u lil dawk kollha li qed jaħdmu biex Ben jingħata l-aqwa kura possibbli.

Huwa enfasizza li l-fażi ta’ wara l-operazzjoni tibqa’ kruċjali, bit-tim mediku jsegwi mill-qrib il-kundizzjoni tiegħu.

“Ħsibijietna huma ma’ Ben u l-familja tiegħu. Flimkien mal-poplu Malti u Għawdxi, nittamaw li jkollu fejqan tajjeb,” kiteb Borg.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport