Monday, June 1, 2026

Tintemm l-esperjenza ta’ Alessandro Coppola ma’ Birkirkara FC

Aqra wkoll

Wara staġun mimli sfidi u mumenti memorabbli, il-vjaġġ ta’ Alessandro Coppolla ma’ Birkirkara FC wasal fi tmiemu. Id-difensur, li tul iż-żmien tiegħu mal-Istripes ta kontribut importanti kemm fid-difiża kif ukoll f’mumenti kruċjali, issa jinsab lest għal kapitlu ġdid fil-karriera tiegħu.

Matul il-perjodu tiegħu ma’ Birkirkara, Coppolla kiseb ir-rispett tal-partitarji grazzi għall-impenn, il-professjonalità u l-prestazzjonijiet konsistenti tiegħu fil-qalba tad-difiża. F’diversi okkażjonijiet kien protagonist għal-logħob deċiżiv u għen lit tim jilħaq l-objettivi tiegħu.

Issa li l-esperjenza tiegħu ma’ Birkirkara waslet fi tmiemha, diversi klabbs Maltin qed isegwu s-sitwazzjoni tiegħu mill-qrib u qed juru interess li jakkwistaw is-servizzi tiegħu għall-istaġun li ġej. Għalkemm għadu ma ttieħed l-ebda deċiżjoni finali, sorsi qrib il-plejer indikaw li hemm aktar minn klabb wieħed mill-Malta Premier li qed jikkunsidra li jagħmel offerta għalih.

Għalissa, Coppolla qed jevalwa l-għażliet kollha disponibbli qabel jagħżel il-pass li jmiss fil-karriera tiegħu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport