Monday, April 29, 2024

Tinxtegħel il-fjamma Olimpika u tibda l-mixja lejn Pariġi

Aqra wkoll

It-torċa għal-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi 2024 inxtegħlet f’Olympia fl-qedem f’ċerimonja tradizzjonali, li timmarka l-aħħar medda tat-tħejjijiet ta’ seba’ snin għall-bidu tal-Logħob fis-26 ta’ Lulju.

L-attriċi Griega, Mary Mina, li kellha r-rwol ta’ saċerdotessa, xegħlet it-torċa bl-użu ta’ fjamma ta’ riżerva minflok mera parabolika li normalment tintuża, minħabba t-temp ħażin li kien wieħed imsaħħab  … biex ingħata bidu tal-ġirja bit-torċa fil-Greċja lejn Franza.

Dan se jilħaq il-qofol tiegħu bil-mixgħela tal-fjamma Olimpika fil-kapitali Franċiża fiċ-ċerimonja tal-ftuħ. Pariġi se tospita l-Olimpjadi tas-sajf għat-tielet darba wara l-1900 u l-1924.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport