Monday, December 9, 2024

Tirrakkonta kif sfat aggredita mill-akkużat waqt li kienet qiegħda taħsel snienha

Ikompli l-każ dwar il-qtil doppju fil-Marsa

Aqra wkoll

Mara rrakkontat fil-Qorti kif hija sfat attakkata minn raġel b’imqass kbir li jintuża bħala għodda (bolt cutter) waqt li kienet qiegħda taħsel snienha fil-kamra tal-banju.

Queen Ogbommaya spjegat fil-Qorti kif hija ntlaqtet f’rasha, f’wiċċha u f’idejha. Kawża ta’ din l-aggressjoni hija spiċċat mal-art iżda b’xorti tajba dak il-ħin daħal ħuha ġewwa u salvaha mill-allegat aggressur.

Ogbommaya kienet qiegħda tixhed fil-kumpilazzjoni kontra Iddirisu Faisal ta’ 34 sena mill-Ghana li jinsab mixli li fil-15 t’Ottubru li għadda qatel lil Joseph Bartolo ta’ 73 sena u Carmen Abela ta’ 60 sena fil-Marsa. Huwa qed ikun mixli li pprova joqtol lil Ogbommaya u li weġġa’ ħafif lil ħuha. 

Fix-xhieda tagħha, Ogbommaya rrakkontat kif Faisal kien ħebb għaliha u beda jattakkaha mingħajr ebda raġuni. “Ħija rnexxielu joħorġu ‘l barra. Li kieku ma sarx hekk, ma nafx x’kien jiġri,” qalet ix-xhud. 

Dakinhar li seħħ il-qtil, ħu Ogbommaya, Ifayeni Ezeh, kien mar fir-razzett fil-Marsa biex jara lil oħtu. Ezeh spjega fil-Qorti li huwa kien sema’ kommossjoni u l-għajjat ta’ oħtu.

Qal li spiċċa fi ġlieda mal-imputat, li ma kienx jafu għalkemm “wiċċu kien familjari”. Hekk kif iż-żewġt irġiel kienu fl-idejn, tfaċċaw tliet uffiċjali tal-pulizija. L-uffiċjali ordnawlhom biex jieqfu, xehed Ezeh, iżda l-imputat ma riedx jagħmel dan.

“Staqsejtu għaliex kien qed jipprova joqtol lil oħti iżda ma weġibnix,” qal ix-xhud li semma kif huwa rnexxielu wkoll jiħodlu l-bolt cutter minn idejh u taha lill-uffiċjali. 

Il-każ ikompli fit-13 ta’ Novembru.

Il-Prosekuzzjooni qed titmexxa mill-Ispetturi Kurt Zahra u Wayne Camilleri. L-Avukati Joe Brincat u Julia Micallef Stafrace qed jidhru għall-imputat.

Ekonomija

Sport