Saturday, December 21, 2024

TISĦIĦ FL-ISTANDARDS GĦALL-KURA TAL-ANZJANI

Aqra wkoll

Il-Gvern għamel pass ieħor ’il quddiem fil-ħidma tiegħu li jkompli jsaħħaħ il-kura tal-anzjani b’mod ħolistiku, kemm fid-djar tal-anzja- ni kif ukoll fil-komunità. Dan raj- nieh iseħħ bit-twaqqif tal-Awtori- tà għall-Is tandards tal-Anzjani, l-OPSA.

Din l-Awtorità se tkun il-korp regolatorju ġdid għal servizzi ġerjatriċi f’Malta u se tkun responsabbli biex tistabbilixxi, tissorvelja u tinforza standards ta’ kwalità għolja f is-servizzi kollha pubbliċi u privati li jiġu offruti lill-anzjani. Dan jinkludi djar tal-anzjani, ċentru matul il-jum u servizzi oħra ta’ kura fil-qasam tal-anzjanità.

Minn dawn il-kolonni mhux darba jew tnejn li enfasizzajna dwar l-importanza tal-anzjanità attiva u anke dwar it-titjib li sar u qed isir f’dawk li huma djar residenzjali għall-anzjani mhux l-inqas iċ-ċentri li qed jinfetħu fil-komunità fejn dawn il-persuni jkunu twieldu, trabbew u għexu.

Ma nistgħux ma nsemmux għajnuniet oħra li qed jingħataw l-anzjani bħalma huma ż-żidiet fil-pensjonijiet, iż-żieda ta’ €1,000 fis-sena f l-iskema tal-Carer at Home u l-ftuħ ta’ tmien ċentri ġodda tal-anzjanità attiva f’Pembroke, Ħaż-Żebbuġ, ilGħargħur, il-Kalkara, il-Birgu, Bormla, il-Marsa u l-Fgura.

Dak kollu li sar diġà f’dan il-qasam jagħtina għax nifhmu li l-Gvern se jistimula aktar l-anzjanità attiva billi jkompli jintroduċi inċentivi f iskali u finanzjarji biex jinkoraġġixxi lil dawk li jixtiequ jibqgħu attivi anke wara li jilħqu l-età tal-irtirar.

Dan mhux biss se jħalli impatt pożittiv fuq il-kwalità tal-ħajja tal-anzjani li minbarra pensjoni jkollhom ukoll dħul addizzjonali iżda wkoll iħalli impatt pożittiv fuq l-ekonomija talpajjiż.

Għalhekk naqblu perfettament ma’ dak li qal is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea illi t-twaqqif tal-Awtorità għall-Istandards tal-Anzjani huwa sinjal ċar ta’ kemm dan il-Gvern jinsab kommess li jħares id-drittijiet tal-anzjani u jassigura li dawn jirċievu servizzi eċċellenti jgħinuhom igawdu d-dinjità tagħ hom.

Nemmnu għalhekk li l-Gvern se jibqa’ impenjat li jiżgura sistema tas-saħħa u tal-kura tal-anzjani sos tenibbli u effettiva billi jsostni l-manutenzjoni tal-faċilitajiet attwali tas-saħħa u tal-kura tal-anzjani kif ukoll jinvesti f’faċilitajiet ġodda fi sforz biex ikunu mminimizzati l-listi ta’ stennija, filwaqt li jaħdem biex jiżgura servizz ta’ kwalità għall-anzjani kollha.

Nemmnu wkoll li sinjali ta’ kemm dan is-settur huwa ta’ prijorità se jkunu qegħdin jingħataw ukoll f il-Budget li se jiġi ppreżentat nhar it-Tnejn li ġej.

Ekonomija

Sport