Tħabbret il-mewt ta’ Sol Bamba, l-eks difensur ta’ Leeds United, Leicester City, Cardiff City u Hibernian, fl-età ta’ 39 sena.
Id-difensur ċentrali tal-Ivory Coast, li beda l-karriera tiegħu ma’ Paris St-Germain u lagħab ukoll ma’ Dunfermline u Middlesbrough, kien parti mit-team ta’ Cardiff li rebaħ il-promozzjoni għall-Premier League fl-2018.
Fl-2021, huwa għeleb il-Hodgkin lymphoma matul waqt li kien jilgħab ma’ Cardiff u bħalissa kien qed jaħdem fil-club Tork ta’ Adanaspor li ħabbar il-mewt tiegħu fis-sigħat bikrin tal-Ħadd.
Bamba mar minn Paris St-Germain għal Dunfermline u Hibernian biex imbagħd ingħaqad ma’ Leicester taħt Sven-Goran Eriksson fl-2011.
Wara l-mewt ta’ Eriksson aktar kmieni din il-ġimgħa, Bamba tella’ post għall-memorja tiegħu fuq il-midja soċjali li fih ddeskriva lill-Isvediż bħala “mhux biss ġentlom, iżda kien ukoll l-aqwa coach li qatt kelli, ispira l-vjaġġ tiegħi bħala player iżda wkoll bħala manager”.