Wednesday, April 24, 2024

Titħabbar il-mewt ta’ Sir Frank Williams

Aqra wkoll

Il-Ħadd tħabbret il-mewt ta’ Sir Frank Williams, fl-etá ta’ 79 sena. Huwa kien il-fundatur u l-eks-kap tat-team tal-Williams Racing Formula 1.

Matul il-karriera tiegħu ma’ Williams, it-team rebaħ disa’ kampjonati tal-kostrutturi u seba’ titli tas-sewwieqa fejn iddomina ħafna mis-snin tmenin u disgħin.

F’Settembru 2020, huwa ma baqax attiv f’dan l-isport wara li biegħ lit-team tiegħu lil investituri Amerikani.

Fi stqarrija, it-team tal-Williams qal: “Huwa b’dieqa kbira li f’isem il-familja Williams, it-team jista’ jikkonferma l-mewt ta’ Sir Frank Williams CBE, fundatur u ta’ Williams Racing.

“Wara li nhar il-Ġimgħa ddaħħal l-isptar, Sir Frank miet fil-paċi mdawwar bil-familjari tiegħu.”

“Illum nagħtu ġieħ lill-figurehead tant maħbub u ta’ ispirazzjoni tagħna. Frank se jintilef ħafna. Nitolbu li l-ħbieb u l-kollegi kollha jirrispettaw ix-xewqat tal-familja Williams għall-privatezza f’dan il-ħin.”

Sport