L-eks attakkant tal-Iskozja, Manchester United u Manchester City, Denis Law – l-uniku player Skoċċiż li rebaħ il-Ballun tad-Deheb – miet fl-età ta’ 84 sena.
Ir-raġel imsejjaħ ‘The King’ u ‘The Lawman’ lagħab għall-11-il sena f’Old Trafford, fejn skorja 237 goals tiegħu f’404 partita li poġġewh fit-tielet post fl-istorja ta’ United wara Wayne Rooney u Bobby Charlton.
Imwieled f’Aberdeen, Law beda l-karriera tiegħu ma’ Huddersfield Town. Huwa kellu wkoll perjodu fl-Italja ma’ Torino u lagħab ukoll 55 darba għal pajjiżu fejn skorjaw wkoll 30 goals.
Huwa nbiegħ għal ħlas rekord Brittaniku tliet darbiet matul il-karriera tiegħu.