Saturday, December 21, 2024

Titħajjar ikollok relazzjoni sesswali ma’ robot?

Aqra wkoll

L-idea ta’ relazzjoni sesswali bħal donna qiegħda tinbidel fid-dinja tal-Punent, hekk kif aktar nies qegħdin jaċċettaw il-fatt li minflok ikollhom relazzjoni intima ma’ persuna, jkollhom relazzjoni ma’ magna – robot.

Fil-fatt wieħed minn kull tlett Ingliżi li ġew intervistati fi studju li sar qalu li jixtiequ li jkollhom relazzjoni sesswali ma’ robot.

Stħarriġ li sar minn LELO li fih ġew intervistati eluf ta’ persuni ħareġ ċar li jew huma lesti li jkollhom relazzjoni sesswali ma’ robot jew inkella jikkonsidraw din bis-serjetà.

Il-magni l-ġodda li qed jiġu ppreżentati bħala xi ħaġa li tista’ jkollok relazzjoni sesswali magħhom huma kważi persuni reali hekk kif issa fihom hemm ukoll l-Inteliġenza Artifiċjali. Huma jistgħu jitkellmu miegħek, jimxu miegħek u jagħmlu ħafna affarijiet oħrajn daqslikieku persuni “normali”.

Kienu 43.9% tal-irġiel intervistati li qalu li huma lesti jkollhom relazzjoni sesswali ma’ robot filwaqt li kienu biss 21% tan-nisa li wrew l-istess fehma.

Mill-istess stħarriġ ħareġ ukoll li 27% ta’ dawk intervistati qalu li l-ħajja sesswali tagħhom hija kważi mejta għal kollox jew inkella naqqsu ħafna mill-attività sesswali tagħhom.

Ekonomija

Sport