Sunday, December 22, 2024

Titnieda skema sabiex żgħażagħ Għawdxin dan is-sajf ikollhom esperjenza fid-dinja tax-xogħol

Aqra wkoll

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri ħabbar it-tnedija tal-iskema Work Trial Scheme For Youths. Din l-iskema hi intiża għaż-żgħażagħ u għall-istudenti Għawdxin ta’ bejn is-16 u l-20 sena, bil-għan li tippermettilhom jiksbu esperjenza ta’ xogħol ma’ entitajiet privati u organizzazzjonijiet mhux governattivi matul dan is-sajf.

Il-Work Trial Scheme for Youths, hi skema tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, bil-għan li tintroduċi liż-żgħażagħ kif ukoll studenti, li jattendu korsijiet f’diversi entitajiet akkademiċi, fid-dinja tax-xogħol u tgħinhom ukoll fl-għażla tal-karriera tagħhom.

Il-Ministru Camilleri sostna li din l-iskema, li ġiet introdotta sitt snin ilu, dejjem baqgħet tittejjeb hekk kif il-Ministeru ta widen kemm liż-żgħażagħ li pparteċipaw kif ukoll lil dawk l-entitajiet li ngaġġawhom. Permezz ta’ din l-iskema, l-istudenti ser ikollhom qliegħ ta’ €110 fil-ġimgħa, b’total ta’ €550 f’ħames ġimgħat.

L-iskema se tibda nhar it-Tnejn, 5 ta’ Awwissu, u tibqa’ fis-seħħ sal-Ġimgħa, 6 ta’ Settembru. Individwi interessati jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom online bejn it-Tnejn, l-1 ta’ Lulju, u l-Ġimgħa, 5 ta’ Lulju, sa nofsinhar. L-applikazzjoni tinkiseb minn gozo.gov.mt.

Ekonomija

Sport