Friday, November 22, 2024

Tlett irġiel arrestati b’rabta ma’ traffikar ta’ droga f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Sorveljanza minn sezzjonijiet differenti fi ħdan il-Korp tal-Pulizija dwar allegat traffikar ta’ droga f’San Ġiljan wasslet għall-arrest ta’ numru ta’ persuni. Din il-ħidma seħħet fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt.

Wara osservazzjoni f’diversi toroq, ġew arrestati tlett irġiel minn postijiet differenti, wieħed ta’ 50 sena mill-Eritrea, ieħor ta’ 32 sena mill-Mali u raġel ta’ 25 sena mill-Indja.

Fil-pussess tagħhom, lesta biex tkun ittraffikata, ilPulizija sabet diversi sustanzi allegatament kokaina, kannabis u MDMA. Dan qalitu l-Pulizija fi stqarrija, fejn spjegat li wieħed mill-irġiel avviċina pulizija pajżana u offrielhom biex jixtru ddroga, filwaqt li ieħor, kif kien se jiġi arrestat pprova jaħrab mill-kustodja tal-pulizija, iżda nżamm.

Dawn it-tlett irġiel qegħdin jinżammu fil-lock-up tal-Pulizija l-Furjana u mistennija jitressqu lQorti llum, għall-ħabta tal-11:00 A.M, quddiem il-Maġistrat Dr Jean Paul
Grech.

Waqt din l-istess sorveljanza l-pulizija waqfet ukoll ħames persuni oħra fejn qegħdin jiġu Investigati fuq pussess ta’ droga u immigrazzjoni.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Sport