Tliet atleti tal-kickboxing Maltin telqu lejn Madrid, Spanja, fejn se jirrappreżentaw lil Malta fil-Kampjonati Dinjija tal-ISKA.
L-atleti, li jirrappreżentaw lill-Malta Kickboxing Association (MKBA), se jikkompetu kontra avversarji internazzjonali wara xhur ta’ taħriġ u preparazzjoni.
Awguri lit-tliet atleti hekk kif jiffaċċjaw din l-isfida u jirrappreżentaw lil Malta fuq ix-xena dinjija!




