Wednesday, July 24, 2024

Tliet difensuri fir-radar ta’ Real Madrid

Aqra wkoll

Giorgio Scalvini, Antonio Silva u Goncalo Inacio huma tliet ismijiet li qed jissemmew ħafna fil-kurituri ta’ Estadio Santiago Bernabeu. Fil-fatt, Real Madrid qed jaħsbu sabiex wieħed jew iktar minn dawn il-plejers ikunu għad-dispożizzjoni tal-kowċ, Carlo Ancelotti.

Hu fatt ċar li l-kowċ Taljan għandu bżonn difensur u l-profili ta’ dawn it-tliet plejers huma ferm attraenti.
Scalvini jidher l-iktar wieħed favorit li jingħaqad mal-Merengues anke għax jaf sew lill-kowċ Ancelotti.

Real Madrid għandhom lid-difensur David Alaba li hu mweġġa’ u fadalli xi ġimgħat biex jidħol lura.

Ekonomija

Sport