Wednesday, July 24, 2024

Juan Roman Riquelme l-president ta’ Boca Juniors

Aqra wkoll

L-eks plejer Arġentin Juan Roman Riquelme hu l-president il-ġdid ta’ Boca Juniors. Wara elezzjoni li saret, Riquelme għeleb lir-rivali tiegħu Andres Ibarra b’dan tal-aħħar jikkonċedi t-telfa.

L-eks plejer tal-istess Boca Juniors u Villareal għeleb ukoll lill-president preżenti Jorge Amor Ameal f’elezzjoni li kien fiha tliet kontestanti. B’kollox ipparteċipaw 43, 367 tesserati ma’ dan il-klabb glorjuż.

Fl-ewwel diskors tiegħu, Riquelme qal li hu ta’ unur kbir għalih li wara ż-żmien li għamel bħala plejer f’Estadio Bonbonera, issa se jkun qed iservi fl-amministrazzjoni tal-klabb.

Ekonomija

Sport