Tuesday, May 21, 2024

Tliet eks uffiċjali tal-pulizija jinstabu ħatja fil-mewt ta’ George Floyd

Aqra wkoll

Qorti sabet li t-tliet eks uffiċjali tal-pulizija ta’ Minneapolis, li kienu preżenti waqt l-arrest li wassal għall-mewt ta’ George Floyd, ħatja li ċaħħdu lil dan l-individwu mid-drittijiet ċivili tiegħu. 

Dawn it-tliet uffiċjali tal-pulizija kienu qed jiġu akkużati li deliberament urew “indifferenza għall-bżonnijiet mediċi urġenti” li kellu bżonn Floyd waqt l-arrest tiegħu li kien sar f’Mejju tal-2020. Tou Thao ta’ 36 sena, J Alexander Kueng ta’ 28 sena u Thomas Lane ta’ 38 sena kollha taw ix-xhieda tagħhom waqt il-ġuri. It-tlieta li huma qalu li ma ndunawx li f’dak il-waqt Floyd kellu bżonn assistenza medika urġenti. 

Każijiet fejn id-drittijiet ċivili ta’ persuna jiġu miksura jistgħu jwasslu għal numru ta’ pieni differenti, iżda l-prosekuzzjoni qiegħda tirrakkomanda sentenza ta’ 25 sena f’ħabs federali għal kull wieħed. Derek Chauvin, li huwa l-eks uffiċjal tal-pulizija se kien deher ipoġġi rkopptu fuq għonq Floyd għal iktar minn disa’ minuti, qiegħed iservi sentenza ta’ 22 sena u nofs ħabs. 

Sport