Friday, May 3, 2024

Tliet snin u sitt xhur ħabs wara li ta n-nar vettura f’Ħal Għaxaq

Aqra wkoll

Indjan ta’ 29 sena residenti Ħal Għaxaq intbagħat tliet snin u sitt xhur ħabs wara li ammetta li b’mod volontarju ta n-nar lil vettura.

Kirandev Thaivvalappil Babu wieġeb ħati quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello li wettaq dan ir-reat fil-lejl ta’ bejn id-19 u l-20 ta’ Lulju 2023 f’Ħal Għaxaq.

Minbarra l-piena ta’ ħabs, Kirandev kien ukoll ordnat iħallas lill-parti leza, f’dan il-każ Garden of Eden Garage Ltd, is-somma ta’ €22,729 f’danni fi żmien tliet snin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport