Tliet persuni tilfu ħajjithom wara suspett ta’ tixrid tal-hantavirus fuq cruiseliner fl-Oċean Atlantiku.
Il-hantavirus huwa virus li jittieħed mill-annimali, partikolarment ġrieden u firien. F’każijiet rari jista’ jinfirex bejn il-bnedmin u jwassal għal problemi fin-nifs.
Il-vapur MV Hondius kien telaq mill-Arġentina lejn Cape Verde, pajjiż fl-Afrika, u abbord kien hemm 150 passiġġier. Huwa maħsub li l-passiġġier li kellu l-virus l-ewwel kien marid bih qabel ma’ tela’ l-vapur.
Olandiż ta’ 70 sena miet hekk kif il-vapur waqaf fil-gżira ta’ Santa Elena waqt li martu, ta’ 69 sena, mietet fi sptar f’Johannesburg. Persuna oħra mietet u għadha fuq il-vapur waqt li żewġ membri tal-ekwipaġġ ġew infettati.


