Saturday, May 4, 2024

Tmien persuni rikoverati fl-Isptar minħabba l-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Skont l-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat feġġew 25 każ ġdid u rkupraw 27 persuna mill-virus. B’hekk il-każi attivi issa jammontaw għal 292.

Rigward dawk rikoverati fl-Isptar Mater Dei minħabba l-Covid-19 ntqal li bħalissa hemm timen persuni rikoverati u li ħadd minnhom ma jinsab fit-Taqsima tal-kura intensiva.

It-total tal-vittmi tal-Covid-19 baqa’ 459 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 831,113-il doża tal-vaċċin li minnhom 17,597 huma booster dose.

Sport