Wednesday, April 24, 2024

Lura jew ‘il quddiem?

Aqra wkoll

Il-ġimgħa li għaddiet saret l-elezzjoni fil-Ġermanja.  Il-Ġermaniżi kellhom għażla bejn jew jibqgħu bl-istess politika jew jibdlu l-politika.  Il-Ġermaniżi għażlu li jinbidlu.  Ir-raġuni hi sempliċi.  Jekk int tibqa’ bl-istess politika jfisser li int ser tmur lura.  Dan għaliex id-dinja qed tinbidel u jekk int ma tinbidilx għal dak li qed jiġri madwarek, int ser taqa’ lura.

Jekk tinbidel, għandek ċans li tmur ‘il quddiem jekk int tkun innovattiv.  Ma jfissirx li kollox imur tajjeb, iżda tkun bdejt miexi ‘l quddiem. Jekk int tkun innovattiv, dak li jkun mar ħażin tipprova tirranġah u dak li jkun mar tajjeb tkompli ttejbu.

U kien għalhekk li l-partit konservattiv Ġermaniż iddominat mid-demokristjani qala’ l-agħar daqqa ‘l isfel mill-aħħar gwerra.  Ir-raġuni hi li minkejja li nbidel il-mexxej peress li Merkel irtirat, il-mexxej il-ġdid baqa’ fuq l-istess linja jekk mhux aktar konservattiv.  Ħaġa li mbuttat il-Ġermaniżi ‘l quddiem kienet li ddejqu bl-awsterita’ u bit-taxxi li din iġġib u jridu aktar ftuħ fl-ekonomija tagħhom.

Il-bidla ġġibha billi tibdel in-nies.  Jekk tibqa’ żżomm l-istess nies, mhux ser tinbidel.  Dan għaliex ftit hawn min jammetti li ma kienx daqshekk tajjeb u li hemm bżonn jinbidel.  Minħabba f’hekk, iżżomm l-istess policies u b’hekk ma tinbidilx minkejja li kollox madwarek qed jinbidel.

Din is-sitwazzjoni ma teżistix il-Ġermanja biss.  Teżisti kullimkien inkluż Malta.  L-għażla f’Malta hi jekk inkomplux niżviluppaw l-ekonomija u nkabbru l-għajnuna soċjali jew immorrux lura lejn l-awsterita’ u taxxi ta’ qabel 2013.  Din hi l-għażla li ser ikollu quddiemu l-poplu meta jkollu elezzjoni quddiemu.

Sport