Tuesday, December 17, 2024

Tmut l-aktar mara anzjana fid-dinja

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat tħabbret il-mewt ta’ Branyas Morera li kienet meqjusa bħala l-aktar mara anzjana fid-dinja. Hija twildet fl-Istati Uniti, iżda għexet kważi ħajjitha kollha fi Spanja.

Kienet il-familja tagħha li ħabbret il-mewt tagħha. Hija mietet fl-età ta’ 117-il sena.

“Maria Branyas ħalliet din id-dinja. Mietet kif dejjem xtaqet… li torqod u ma tqumx, fil-paċi u mingħajr tbatija,” qalet il-familja tagħha f’messaġġ fuq il-midja soċjali.

Hi għexet l-aħħar 20 sena f’dar tal-anzjani fil-villaġġ ta’ Olot fejn f’Marzu li għadda sar festin kbir biex ifakkru l-117-il sena minn meta twielded.

Fl-aħħar jiem hi qalet lil waħda mill-infermieri li jaħdmu fid-dar tal-anzjani li żmienha fid-dinja kien wasal fi tmiem. “Tibkux… jien ma rridx nies li jibku. U aktar minn hekk ma rrid lil ħadd ibati minħabba fiha.”

Ekonomija

Sport