Wednesday, April 24, 2024

Tnejn l-isptar wara ħabta bejn żewġ vetturi f’Raħal Ġdid

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Żewġt persuni kellhom jittieħdu b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li lbieraħ għall-ħabta tal-5:00 p.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq Duminku Mintoff f’Raħal Ġdid. 

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Nissan GT-R, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 34 sena residenti l-Isla, u vettura tat-tip Suzuki Alto, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 72 sena residenti l-Fgura, li sofra xi ġrieħi. Mar-raġel ta’ 72 sena, kien hemm passiġġiera mara ta’ 70 sena residenti l-Fgura, li ukoll sofriet xi ġrieħi. 

Għaldaqstant, fil-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-persuni Isptar Mater Dei għall-aktar kura. Aktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata li qed issofri min ġrieħi ħfief, filwaqt li r-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. 

Ir-raġel ta’ 34 sena ma sofra l-ebda ġrieħi. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja. 

Sport