Wednesday, July 22, 2026
Home Internazzjonali Tnejn maqtula f’attakk fi Brussell

Tnejn maqtula f’attakk fi Brussell

0
329

Mill-inqas żewġ persuni ġew maqtulin hekk kif raġel armat beda jispara bl-addoċċ fil-kapitali Belġjana Brussell.

L-Aġenziji tal-aħbarijiet internazzjonali qegħdin jirraportaw li l-allegat qattiel ħarab minn fuq il-post bil-pulizija qegħdin jipprovaw jarrestawh.

L-allega attakk seħħ ftit tal-ħin qabel ma bdiet il-logħba tal-futbol ta’ Euro 2024 fejn it-tim Żvediż se jilgħab kontra l-Belġum.

Rapporti fil-midja qegħdin jgħidu li l-vittmi huma partitarji tat-tim Żvediż.