Wednesday, July 24, 2024

Tomas Soucek iġedded ma’ West Ham

Aqra wkoll

Il-midfielder ta’ West Ham, Tomas Sou­cek, 28 sena, iffirma kuntratt ġdid sa Ġunju, 2027.

L-internazzjonali tar-Repubblika Ċeka skorja 30 goal f’182 logħba minn meta ngħaqad magħhom – inizjalment b’self – mingħand Slavia Praga f’Jannar tal-2020.

Soucek, li l-kuntratt tiegħu kellu jintemm dan is-sajf, qal: “Inħoss li issa din hija d-dar tiegħi, u rrid nikseb aktar fil-futur ma’ dan il-club kbir.”

Il-manager David Moyes qal li Soucek kien “qaddej fantastiku” għal West Ham.

“Tomas għamel xogħol mill-isbaħ biex jgħinna nevitaw ir-relegazzjoni meta wasal hawn għall-ewwel darba, u minn dak inhar lagħab parti kbira fil-progress li għamilna u s-suċċess li gawdejna,” qal Moyes.

“Huwa mudell professjonali, jagħti assolutament kollox għat-team tiegħu kull darba li joħroġ fil-ground, u huwa karattru popolari ħafna, maħbub mill-players, mill-istaff u minn kulħadd fil-club.”

Soucek qal: “Ninsab kuntent ħafna li ffirmajt dan il-kuntratt ġdid u kburi ħafna li nista’ nkompli l-karriera tiegħi hawn.

“Li niġi l-Ingilterra kienet esperjenza ġdida għalija u kellna suċċess fiż-żmien li ilni hawn.”

West Ham rebħu l-Europa Conference League fl-istaġun li għadda – l-ewwel trofew tagħhom għal 43 sena – u bħalissa jinsabu fis-sitt post fil-Premier League.

Ekonomija

Sport