Tuesday, April 14, 2026

Tommy Wallbank u Josann Attard Pulis jirbħu l-Ddizzjoni tal-Maqluba tal-Hudson Race Series

Aqra wkoll

It-tieni tellieqa mis-serje ta’ ħames tiġrijiet 10K Hudson Series Powered by Nike saret il-Ħadd filgħodu f’Maqluba. Il-korsa fuq firxa ta’ żewġ dawriet ta’ħames kilometri li hi  magħrufa għat-tlajja, tkompli tattira parteċipazzjoni b’saħħitha, kif ilha tagħmel minn meta ġiet introdotta għaxar snin ilu.

It-tellieqa tal-10Km żviluppat f’konfront viċin bejn Tommy Wallbank u Charlton Debono. Wallbank, wieħed mill-ismijiet ġodda li qed jispikkaw fix-xena lokali tal-ġiri, u Debono, li għamel ritorn fis-Serje b’esperjenza vasta u bosta rebħiet f’ismu, ġrew spalla ma’ spalla għal ħafna mit-tellieqa.

Spinta finali fl-aħħar 1.5km rat lil Wallbank jikseb distakk żgħir biex jirbaħ f’ħin ta’ 33:19, ftit sekondi biss qabel Debono li daħal f’33:41.

Dan kien l-ewwel rebħa ta’ Wallbank fis-serje. Mark Herrera temm fit-tielet post, wara li kellu sfidi b’saħħithom minn Jordan Britcliffe u Aaron Mifsud.

Fil-kategorija tan-nisa tal-10km, Josann Attard Pulis (42:48) kienet fuq quddiem b’Catherine Chetcuti (43:06) iżżomm pressjoni kostanti tul it-tellieqa kollha. Therese Calleja kisbet it-tielet post b’ħin ta’ 46:40.

It-tellieqa tal-5km offriet ukoll kompetizzjoni viċin, b’Adrian Cutajar jirnexxielu jgħeleb l-isforzi ta’ Brandon Saliba. Cutajar daħal fl-ewwel post b’ħin ta’ 16:59, żewġ sekondi biss quddiem Saliba, filwaqt li Luke Vella temm fit-tielet post b’17:35.

Fil-5km tan-nisa, Charyl Fava kellha prestazzjoni tajba biex tirbaħ f’ħin ta’19:56. Chrystal Parnis segwiet fit-tieni post b’21:45, filwaqt li Anabel Casingena temmet fit-tielet post b’22:13, bit-tnejn jagħmlu l-ewwel dehra tagħhom fuq il-podju tas-serje.

L-organizzaturi rringrazzjaw lil Hudson għall-appoġġ kontinwu tagħhom, kif ukoll lill-Kunsilli Lokali tal-Qrendi u ż-Żurrieq, lil Transport Malta, lill-voluntiera u lill-uffiċjali tat-tellieqa għall-kontribut tagħhom biex l-avveniment jitmexxa b’suċċess.

It-tielet tellieqa tas-Hudson Race Series Powered by Nike se ssir f’Ħad-Dingli nhar il-Ħadd 10 ta’ Mejju.

Riżultati uffiċjali jinsabu fis-sit elettroniku – https://my.raceresult.com/392898/results

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport