Tuesday, April 14, 2026

Raġel arrestat f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu (1000hrs) waqt li żewġ uffiċjali mill-Patrol & Community Support kienu waqt ronda bil-pass fi Triq il-Boxxla, f’San Pawl il-Baħar, innutaw raġel ta’ 22 sena, li kien imfittex mill-Pulizija b’rabta ma’ involviment f’serqa ta’ mobile, li seħħet madwar xahar ilu, minn ħanut f’San Pawl il-Baħar stess.

L-uffiċjali talbu l-assistenza tal-kollegi, fejn il-pulizija marru fuq il-post u waqqfu lir-raġel, fejn minn tfittxija li saret fuqu nstabu 8 qratas b’sustanza suspettata eroina.

Il-pulizija wettqet ukoll tfittxija fir-residenza tar-raġel f’Ħaż-Żebbuġ fejn hemmhekk sabu sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis.

Ir-raġel ġie arrestat fuq il-post fejn mistenni jitressaq il-qorti fil-ġranet li ġejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport