Tuesday, April 14, 2026

Il-Maestro Aurelio Belli se jingħata l-aħħar tislima nhar is-Sibt f’Birkirkara

Aqra wkoll

Għeżież ħbieb, kollegi u qraba,

F’dawn il-ġranet ta’ niket kbir, qalbi maqsuma wisq biex inwieġeb it-telefonati u messaġġi tagħkom.

L-aħħar tislima ta’ żewġi Aurelio ser issir nhar is-Sibt 18 ta’ April fl-10:00am fil-Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena, Birkirkara. Fid-8:45am jitlaq corteo mill-Każin Santa Liena Banda Duke of Connaught’s Own, Birkirkara akkumpanjat mill-banda tal-istess soċjetà. Wara ssir id-difna fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata, Raħal Ġdid.

Waqt il-funeral ser issir ġabra għall-Community Chest Fund, li għamlu tant ma’ Aurelio meta kien qed jissielet mal-mard.

Nirringrazzja lil dawk kollha li kienu ta’ spalla għall-familja tagħna: li tawh il-faraġ u l-appoġġ fil-mumenti ta’ bżonn u li ferħu miegħu u emmnu fih fil-mumenti s-sbieħ. Jekk jogħġobkom żommuna fit-talb tagħkom.
Bi mħabba u niket profond,
Gloriana

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport