Il-midfielder ta’ Real Madrid, Toni Kroos hu miftuħ għall-idea ta’ rijunjoni ma’ Pep Guardiola ma’ Manchester City.
Il-Ġermaniż lagħab taħt Guardiola ma’ Bayern Munich qabel ingħaqad ma’ Real Madrid fl-2014, u l-player ta’ 31 sena għamel 332 dehra mal-ġganti Spanjoli fil-kompetizzjonijiet kollha.
Kroos jibqa’ player ewlieni għat-team ta’ Carlo Ancelotti, li għamel 12-il dehra dan l-istaġun, iżda l-ftehim attwali tal-midfielder għandu jiskadi f’Ġunju 2023, u dan iwassal għal spekulazzjoni dwar il-futur tiegħu.
Guardiola jinsab lest li jagħmel ‘dak kollu possibbli’ biex is-sena d-dieħla jġib lill-Ġermaniż fl-Etihad Stadium.
Kroos huwa ‘eċċitat’ biċ-ċans li jerġa’ jingħaqad mal-coach Spanjol, bil-midfielder lest jieħu deċiżjoni dwar il-futur tiegħu fl-istadji bikrija tas-sena d-dieħla.
Ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja rebaħ żewġ titli tal-La Liga u tliet edizzjonijiet taċ-Champions League matul iż-żmien tiegħu fil-Bernabeu.