Monday, May 13, 2024

Tonqos ir-rata ta’ inflazzjoni fix-xahar ta’ Settembru

Aqra wkoll

FʼSettembru 2023, ir-rata annwali tal-inflazzjoni hekk kif imkejla mill-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP) kienet 4.9 fil-mija, jiġifieri tnaqqis mir-rata taʼ 5.0 fil-mija rreġistrata f’Awwissu 2023.

Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika wrew li r-rata medja annwali fuq tnax-il xahar għal Settembru 2023 kienet 6.4 fil-mija.

L-ogħla impatt pożittiv fuq ir-rata annwali tal-inflazzjoni kien imkejjel fl-Indiċi tal-Ikel u x-xorb mhux alkoħoliku (+1.68 punti perċentwali), mentri l-ogħla impatt negattiv kien irrekordjat fl-Indiċi tal-Komunikazzjoni (-0.32 punti perċentwali).

Sport