Wednesday, July 24, 2024

Tork arrestat wara argument f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tad-9.00pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’argument ġewwa lukanda fi Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li kien qam argument bejn tliet Torok ta’ 38, 52 u 25 sena li kollha jirrisjedu f’San Pawl il-Baħar. Tnejn minnhom, dak ta’ 38 sena u l-ieħor ta’ 52 sena sofrew xi ġrieħi, allegatament permezz ta’ arma li taqta u bil-ponta.

It-Tork ta’ 25 sena ġie arrestat fuq il-post u qed jinżamm mill-pulizija sabiex jassisti fl- investigazzjonijiet.

It-tnejn l-oħra ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura, fejn it-Tork ta’ 38 sena ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi filwaqt li l-ieħor ġie ċċertifikat bi ġrieħi ħfief.

Il-Maġistrat Dr Carolina Farrugia Frendo LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ

Ekonomija

Sport