Saturday, December 21, 2024

Tottenham akkużati fuq allegat kant razzjali

Aqra wkoll

Tottenham Hotspur ġew akkużati mill-Football Association dwar allegat kant omofobiku mill-partitarji tagħhom waqt ir-rebħa ta’ 3-0 kontra Manchester Uni­ted aktar kmieni dan l-istaġun.

Jingħad li l-kant sar fid-49 u fid-79 minuti tal-partita tal-Premier League f’Old Trafford, fid-29 ta’ Settembru.

Immedjatament wara l-logħba, Spurs ik­kun­dan­naw “kant omofobiku mistmerr” bħala “sempliċement inaċċettabbli” u wegħ­du li jieħdu “l-iktar azzjoni b’saħ­ħitha possibbli”.

Il-club ġie akkużat b’żewġ ksur tar-Regola E21 tal-FA, li tirregola l-imġieba tal-partitarji fil-partiti, “għal kondotta ħażina fir-rigward tal-kontroll tal-folla”.

Stqarrija tal-FA qalet li Tottenham “naqsu milli jiżguraw” li l-partitarji “jġibu lilhom infushom b’mod ordnat” u “ma jużawx      kliem jew iġibu ruħhom b’mod mhux xie­raq, offensiv, abbużiv, indiċenti jew insultenti jew b’referenza espressa jew impliċita’ għal orjentazzjoni sesswali”.

Spurs għandhom sa nhar l-Erbgħa li ġej biex jir­rispondu lill-FA b’rabta mal-akkuża. 

Ekonomija

Sport