Monday, May 13, 2024

Tottenham iridu jiffirmaw lil Ederson

Aqra wkoll

Tottenham Hotspur qed jerġgħu jħarsu lejn is-Serie A Taljana hekk kif il-kowċ Ange Postecoglou jixtieq li jkollu fl-iskwadra lill-midfielder ta’ Atalanta Ederson. Dan tal-aħħar għandu 24 sena u hu ta’ nazzjonalita’ Brażiljana.

Huwa qed jispikka mal-Bergamaschi meta skorja sitt gowls f’55 partita apparti li għandu esperjenza notevoli fil-futbol milgħub wara li deher ukoll għal Cruzeiro, Corinthians u Salernitana.

Ederson jixtieq ħafna jagħmel il-qabża fil-kwalita’ u jmur jilgħab fil-Premier League Ingliż.

Sport