Il-Belġjan, Remco Evenepoel (Soudal–Quick-Step), rebaħ is-seba’ stadju tat-Tour de France li kien time trial bejn Nuits-Saint-Georges u Gevrey-Chambertin fuq distanza ta’ 25.3 kilometri.
Huwa rreġistra ħin ta’ 28 minuta u 52 minuta, segwit mis-Sloven Tadej Pogacar (UAE Team Emirates) li ħin tiegħu kien ta’ 12-il sekonda aktar.
L-istess Pogacar żied il-vantaġġ f’ras il-klassifika meta għandu ħin ta’ 27 siegħa, 16-il minuta u 23 sekonda, segwit minn Evenepoel b’distakk ta’ 33 sekondi.
Illum isir it-tmien stadju bejn Semur-en-Auxois to Colombey-les-Deux-Eglises fuq distanza ta’ 183.4 kilometri.