Friday, April 19, 2024

Transport Malta tirranġa s-sistemi kompjuterizzati kollha relatati mal-liċenzji tal-vetturi u s-sewqan

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Transport Malta tixtieq tinforma lill-klijenti tagħha li s-sistemi kompjuterizzati KOLLHA relatati mal-liċenzji tal-vetturi u s-sewqan issa reġgħu lura għan-normal. 

Minn dalgħodu, l-Awtorità se tiftaħ ukoll l-uffiċċju tagħha fi ħdan l-Unità għal-Liċenzji tal-Vetturi u s-Sewqan (DVLU) f’Pantar Road Ħal Lija u l-klijenti jistgħu jiġu u jipproċessaw it-transazzjonijiet tagħhom relatati mar-reġistrazzjoni, bidla fis-sid tal-vettura jew kwalunkwe transazzjoni relatata mal-liċenzji tas-sewqan. 

Il-Ħinijiet ta’ Ftuħ għall-uffiċċji tad-DVLU huma kif ġej: 

A3 Towers, Triq l-Arkata, Raħal Ġdid: It-Tnejn, it-Tlieta, il-Ħamis, il-Ġimgħa bejn is-07.30am u 12.00pm; l-Erbgħa bejn is-07.30am u s-02.00pm.

Triq Pantar, Ħal Lija: It-Tlieta, l-Erbgħa, il-Ħamis, il-Ġimgħa bejn is-07.30am u 12.00pm; It-Tnejn bejn is-07.30am u s-02.00pm.

Sport