Tuesday, August 4, 2026
Home Barranin Omm ta’ għaxart itfal f’għaxar snin mhijiex beħsiebha tieqaf qabel ikunu familja...

Omm ta’ għaxart itfal f’għaxar snin mhijiex beħsiebha tieqaf qabel ikunu familja ta’ 14

0
677

Tnax-il sena ilu, Courtney Rogers ta’ 36 sena żżewġet lil pastor Chris Rogers ta’ 32 sena u sentejn wara laqgħu fid-dinja l-ewwel wild tagħhom.

Minn dakinhar ’l hawn l-aktar perjodu li għamlet mingħajr ma kienet tqila kien dak ta’ disa’ xhur. Sa mill-2010, il-mara li taħdem bħala mara tad-dar welldet għaxart itfal u mhux beħsiebha tieqaf qabel ikollha tnax. Konferma ta’ dan hija t-tarbija li din il-mara qiegħda tistenna biex tħaddan magħha f’Novembru li ġej li se tkun il-11-il tarbija u l-ħames tifla tagħha.

Il-familja Rogers tgħix f’razzett ta’ 12-il ettaru fi New Mexico s’issa tikkonsisti f’sitt subien, erbat ibniet, l-omm u l-missier. Interessanti li kull membru fil-familja għandu ismu jibda bl-ittra C.

Il-koppja taqsam l-esperjenzi tagħha fuq is-siti soċjali u skont waħda mill-kitbiet tagħhom, tant huma mħabbtin irabbu li jkollhom biss ċans joħorġu jieklu waħidhom darba fis-sena. L-omm stqarret ukoll il-biża’ tagħha li titlef it-tarbija minħabba li l-ewwel tarbija li kellu jkollhom, iżda kellha korriment ta’ ħames xhur mill-bidu tat-tqala.

Wara l-korriment hi kellha lil Clay, Cade, Callie, Cash, it-tewmin Colt u Case, Calena, Caydue u Coralee.