Waqt intervista fuq One Radio ma setax jonqos li l-Prim Ministru Dr Robert Abela jitkellem dwar il-ħaddiema barranin b’mod partikolari dwar tal-food couriers u anke dwar tal-Y Plates.
Kif kien diġà sostna, il-Prim Ministu qal li f’dawn is-setturi hemm biżżejjed ħaddiema u għalhekk “daħħalna miżuri biex ma jibqgħux jidħlu aktar nies minn barra biex jaħdmu f’dawn is-setturi.”
Tenna li kienu qegħdin jinġiebu ħaddiema li s-suq m’għandux bżonn. Irikonoxxa l-fatt li l-poplu llum il-ġurnata dara b’dawn is-servizz u għalhekk dawn kollha se jibqgħu jingħataw, iżda bil-ħaddiema li hawn u mhux jibqgħu jiżdiedu.
Mill-ġdid reġa’ tenna l-impenn tal-Gvern li jipproteġi l-ħaddiema vunerabbli. “Rajna li ħaddiema barranin kienu qegħdin jiġu sfruttati. La daħal f’pajjiżna rridu nitrattawh b’dinjità daqs kull ħaddiem ieħir. Il-messaġġ li nibgħatu lil dawk li jġibu lil dawn il-ħaddiema hu wieħed ċar… trattaw lill-ħaddiema b’mod tajjeb,” kompla jgħid il-Prim Ministru.