Saturday, December 21, 2024

Triathlon: Keith Galea fit-tmien post ġewwa t-Turkija

Aqra wkoll

Iċ-champion nazzjonali tat-triathlon Keith Galea għalaq l-impenji tiegħu ta’ din is-sena bi prestazzjoni ferm tajba ġewwa t-Turkija. Nhar it-3 ta’ Novembru Galea pparteċipa fil-Half Ironman f’Belek ġewwa t-Turkija fejn ħadu sehem madwar 1700 atleta.

L-Atleta ta’ Birkirkara St Joseph għamel għawma ta’ 1.9km f’ħin ta’ 28minuta 19-il sekonda fejn tela’ mill-ilma fis-sitt post. Grazzi għat-taħriġ li għamel kif ukoll għat-temp ideali, Galea għamel 90km bir-rota f’ħin ta’sagħtejn u seba’ minuti fejn żamm medja ta’ 42km/hr u baqa’ fis-sitt post. Dan hu l-aqwa ħin li qatt għamel bir-rota fuq 90km. Imbagħad Galea kellu jagħmel nofs maratona ta’ 21km biex spiċċa t-tellieqa f’ħin ta’ erba’ sigħat 12-il minuta u  29 sekonda fit-tmien post. Huwa rnexxielu jtejjeb il-ħin tiegħu fuq distanza ta’ half Ironman bi tliet minuti.

Galea qal li jinsab sodisfatt ħafna bil-prestazzjoni tiegħu speċjalemnt bir-rota. Huwa qali li seta’ jmur ħafna aħjar kieku kellu n-nutrizzjoni tat-tellieqa tajba għas-sħana li kienet speċjalment fil-ġirja fejn ħass in-nuqqas tal-melħ u l-minerali fil-ġisem. Madankollu jinsab ferm kunfidenti li jista’ jtejjeb il-ħinijiet tiegħu sew.

Galea jinsab kuntent li spiċċa l-istaġun bi prestazzjoni tajba ħafna wara staġun impenjattiv. 2024 li kien wieħed pożittiv għal Galea fejn rebaħ is-serje tat-Triathlon ta’ Birkirakara St Joseph għat -12-il darba, ġie l-ewwel fil-kategorija tiegħu fil-Kampjonati tal-Mediterran, it- tieni fl-isprint triathlon ta’ Ragusa u fuq kollox ir-rebħ tal-Kampjonat Nazzjonali għall-għaxar darba.

Galea xtaq jirringrazzja lil Team Fabio, Eurosport Malta, Team Barry Malta International Challenge Marathon, Bike it up, Duncan Abdilla Therapist, Eat and Fuel, Birkirkara St Joseph u lil SportMalta tas-sapport kontinwu tagħhom.

Keith Galea fit-tmien post ġewwa t-Turkija

Ekonomija

Sport