Tuesday, September 24, 2024

Trofeo Silvio Berlusconi bejn Monza u Milan

Aqra wkoll

Hekk kif Silvio Berlusconi ħalla din id-dinja ftit tal-ġranet ilu, l-ogħla awtoritajiet ta’ AC Milan u Monza Calcio ħabbru li se jkunu qed jorganizzaw partita ta’ ħbiberija bejniethom sabiex jonoraw il-memorja tal-eks president tagħhom. 

Trofeo Silvio Berlusconi se jibda jkun appuntament annwali bl-ewwel logħba li se tintlagħab fil-U Power Stadium ta’ Monza nhar it-8 t’Awwissu li ġej.

Eventwalment is-sena li ġejja, il-logħba tintlagħab fi Stadio San Siro. Il-familja ta’ Silvio Berlusconi rringrazzjat liż-żewġ klabbs għal dan il-ġest li se jkunu qed jagħmlu.

Sport