Monday, September 16, 2024

Trump fil-mira ta’ attentat ieħor ta’ qtil

Aqra wkoll

L-eks President tal-Istati Uniti u kandidat Presidenzjali Donald Trump reġa’ kien fil-mira ta’ attentat ta’ qtil hekk kif kien qiegħed fil-klabb tal-golf tiegħu fi Florida.

Skont il-midja Amerikana l-persuna li pprovat tispara lejn Trump kien Ryan Wesley Routh.

Uffiċjal tas-servizz Sigriet li kien jipproteġi lil Trump ra lir-raġel b’rifle f’distanza ta’ inqas minn 500 metru ‘l bogħod minn fejn kien l-eks President. Mill-ewwel l-uffiċjal fetaħ in-nar fuqu, iżda hu rnexxielu jaħrab minn fuq il-post b’karozza.

Minn hawn bdiet ġirja warajh fejn 45 minuta wara ġie arrestat. Jidher li r-raġel hu attivist favur l-Ukranja u s’issa mhux stabbilit x’wassal biex hu pprova joqtol lil Trump.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport