Tuesday, August 25, 2026
Home Internazzjonali Trump iwissi dwar il-futur politiku tiegħu

Trump iwissi dwar il-futur politiku tiegħu

0
61

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump wissa li d-destin politiku tiegħu fil-futur qarib jiddependi fuq jekk ir-Repubblikani jżommux il-kontroll tal-Kungress fl-elezzjonijiet ta’ nofs it-terminu f’Novembru li ġej. Waqt kampanja f’South Carolina fil-21 ta’ Awwissu, Trump ħareġ l-aktar twissija ħarxa tiegħu s’issa dwar x’se jiġri minnu jekk id-Demokratiċi jiksbu l-kontroll tal-Kungress fl-elezzjonijiet ta’ nofs it-terminu li ġejjin.

Trump wissa lill-folla ta’ partitarji li d-Demokratiċi kienu se jibdew proċeduri ta’ “impeachment” kontrih mill-ġdid jekk jiksbu l-kontroll tal-Kungress f’Novembru. “Se jgħadduni minn proċess ta’ impeachment. Se jibdew proċeduri kontrija. Lanqas biss għandhom idea għalfejn,” huwa qal.

Il-gazzetta The Telegraph ikkwotat il-kummenti tal-President u fir-rapport li ppublikat innotat li diversi Demokratiċi appoġġjaw il-proċedura ta’ impeachment kontra Trump għat-tielet darba. 

Mill-inqas tliet Demokratiċi diġà ressqu mozzjonijiet għall-impeachment. Madankollu, rapport tal-Wall Street Journal żvela li l-Partit Demokratiku huwa maqsum dwar jekk għandux jibda proċess ta’ impeachment kontra l-President jekk jerġa’ jikseb il-poter.

Fil-21 ta’ Awwissu, The Wall Street Journal irrapporta li xi leġiżlaturi Demokratiċi huma inkwetati dwar reazzjoni negattiva mill-votanti, filwaqt li oħrajn huma mħassba li l-enfasi fuq Trump tista’ ttellef l-attenzjoni fuq l-aġenda tal-partit.

Filwaqt li l-proċess ta’ impeachment kontra Trump għadu pass li d-Demokratiċi jridu jivvalutaw jekk iridux jerġgħu jiksbu l-kontroll tal-Kungress, qed isir dejjem aktar probabbli li huma fil-fatt jerġgħu jiksbu xi forma ta’ poter fil-Kungress.

L-istħarriġ, li sar bejn is-16 u s-17 ta’ Awwissu, wera li 43% biss qalu li jappoġġjaw kandidat Repubblikan minflok wieħed Demokratiku. Madankollu, filwaqt li l-kisba mill-ġdid tal-kontroll tal-Kamra tar-Rappreżentanti tista’ tidher bħala konklużjoni diġà stabbilita, ir-rebħ tas-Senat mhux se jkun daqshekk faċli.

Ir-Repubblikani għandhom maġġoranza ta’ 53 kontra 47 tad-Demokratiċi fis-Senat. Id-Demokratiċi jkollhom bżonn iżommu s-siġġijiet kollha li għandhom bħalissa fis-Senat u jirbħu erbgħa oħra fl-elezzjonijiet ta’ nofs it-terminu biex jiksbu l-kontroll tas-Senat u hemm diversi toroq differenti lejn ir-rebħa.

L-istati li d-Demokratiċi jittamaw li jirbħu u jgħaddu taħt il-kontroll tagħhom huma Ohio, Maine u North Carolina; u dawn kollha kienu meqjusa bħala sfidi b’riżultat inċert ħafna.

Jekk id-Demokratiċi jiddeċiedu li jibdew proċeduri kontra Trump f’każ li jerġgħu jiksbu l-kontroll tal-Kungress, il-kontroll tas-Senat ikun kruċjali. Dan għaliex is-Senat huwa l-korp leġiżlattiv li jmexxi l-proċessi ta’ impeachment u jivvota dwar jekk jinstabx ħati min kontrih ikunu nbdew dawn il-proċeduri. 

Verdett ta’ ħtija jwassal biex uffiċjal li jkun għadda mill-proċess tal-impeachment jitneħħa mill-kariga tiegħu. Trump għadda mill-proċess tal-impeachment darbtejn fil-Kamra tar-Rappreżentanti matul l-ewwel mandat tiegħu, u fis-żewġ każijiet huwa ġie lliberat mill-akkużi kollha mis-Senat. 

Trump mhux biss wissa lir-Repubblikani dwar il-periklu li kien qed jiffaċċja jekk id-Demokratiċi jirbħu l-kontroll tal-Kungress f’Novembru imma huwa qatta’ wkoll ħin waqt id-diskors tiegħu jwissi li r-Repubblikani kienu se jsofru jekk l-oppożizzjoni politika tiegħu terġa’ tikseb il-poter.

Iż-żmien biss jista jgħid jekk id-Demokratiċi jirnexxilhomx jerġgħu jiksbu l-kontroll kemm tal-Kamra tar-Rappreżentanti kif ukoll tas-Senat f’Novembru iżda jekk jagħmlu dan, Trump jista’ jsib ruħu f’diffikultà, għalkemm mhux probabbli li t-twissija tiegħu lir-Repubblikani dwar dak li se jitilfu ssir realtà.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here