Tuesday, June 16, 2026

TTD 2026: Paritá bejn il-Belġju u l-Eġittu

Aqra wkoll

Grupp G – Seattle

BELĠJU………… 1

EĠITTU…………. 1

Il-Belġju u l-Eġittu temmew fi draw ta’ 1-1 biex dawn tal-aħħar għadhom qed ifittxu l-ewwel rebħa f’fa­­żi finali.

Kien fid-19-il minuta li l-Eġittu fetħu l-iskor meta Mohamed Salah għadda l-ballun lil Emam Ashour u li skorja minn tarf il-kaxxa.

Lejn tmiem l-ewwel taqsima, Jeremy Doku falla ċans tad-deheb li jikseb id-draw għall-Belġjani meta minn qagħda ideali għolla l-mira.

Fit-52 minuta, Kevin De Bruyne kien sfortunat li ma kisibx il-paritá meta laqat il-wieqfa minn free-kick.

Tliet minuti wara, Ashour seta’ għamel aħjar hekk kif minflok xeħet fix-xibka laqat il-ballun ħażin biex iċ-ċans intilef.

Fis-66 minuta, il-Belġjani kisbu draw minn auto-goal ta’ Mohamed Hany li kien issikkat minn Romelu Lukaku.

Belġju: Thibaut Courtois, Ti­mo­thy Castagne (Maxim De Cuyper 56), Brandon Mechele, Nathan Ngoy, Thomas Meunier, Youri Tielemans, Amadou Onana (Nicolas Raskin 57), Leandro Trossard, Kevin De Bruyne (Hans Vanaken 86), Jeremy Doku (Matias Fernandez-Pardo 86), Charles De Ketelaere (Romelu Lukaku 66) – Coach: Rudi Garcia

Eġittu: Oufa Shobeir, Ahmed Fatouh (Karim Hafez 89), Hamdy Fathy (Ibrahim Adel 88), Yasser Ibrahim, Mohamed Hany, Marwan Ateya,  Mohanad Lasheen, Mostafa Ziko (Zizo 76), Emam Ashour (Rami Rabia 71), Mohamed Salah (Hamza Abdelkarim 76), Omar Marmoush – Coach: Hossam Hassan

Referee: Ramon Abatti (Brażil)

assistenti: Danilo Manis, Rafael Alves (Brażil)

Raba’ Uff.: Kevin Ortega (Perú)

Skorers: E. Ashour 19 (E), M. Hany 67 og (B)

Ammoniti: M. Ateya, A. Fatouh (E); T. Castagne (B)

Attendenza: 66, 775

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport