Tuesday, June 16, 2026

TTD 2026: Manuel Ugarte jsalva lill-Urugwaj kontra l-Arabja Sawdija

Aqra wkoll

Grupp H – Miami

ARABJA SAWDIJA …….1

URUGWAJ……………..….1

Maxi Araujo skorja goal tard biex kiseb id-draw ta’ 1-1 għall-Urugwaj biex ċaħ­ħad lill-Arabja Sawdi­ja minn reb­ħa memorabbli oħra fil-partita tal-ftuħ tagħha fit-Tazza tad-Dinja  … wara li erba’ snin ilu kienu ssorprendew lill-Arġentina fit-Tazza tad-Dinja li saret fil-Qatar.

Iżda din id-darba ma rnexxilhomx iżżommu l- pres­sjoni kontinwa tat-tieni taqsima mill-Urugwaj — li temmew il-logħba b’28 xutt lejn il-lasta … biex iż-żewġ timijiet ħadu punt kull wieħed.

Kien fil-41 minuta li Ab­du­lelah Al Amri fetaħ l-iskor għas-Sawdi wara li daqqa ta’ ras qawwija ta’ Hassan Al Tambakti minn corner ġiet salvat parzjalment mill-goalkeeper Fernando Muslera. .

Il-goalkeeper Sawdi, Mohammed Al Owais, fil-bidu tat-tieni taqsima wettaq save kbir u Manuel Ugarte billi dawwar it-tentattiv tiegħu f’corner megħjun mil-lasta.

Madankollu, fit-80 minuta, Araujo kiseb il-paritá, me­­ta Al Owais xeħet  id-daq­qa ta’ ras ta’ Federico Vi­nas f’saqajn l-attakkant Urug­wa­jan.

Arabja Sawdija: Mohammed Al-Owais, Moteb Al-Harbi (Abdullah Al Hamdan 91), Hassan Tambakti, Abdulelah Al-Amri, Saud Abdulhamid (Ali Lajami 91),  Salem Al Dawsari,  Abdullah Al Khaibari, Mohamed Kanno, Mohammed Abu Al-Shamat (Nawaf Boushal 81), Musab Al-Juwayr (Nasser Al Dawsari 63), Firas Al-Buraikan (Alaa Hejji 91) – Coach: Georgios Donis

Urugwaj: Fernando Muslera,  Matias Vina (Juan Sanabria 46), Mathias Olivera, Sebastian Caceres, Guillermo Varela, Rodrigo Bentancur, Manuel Ugarte (Nicolas De La Cruz 72), Maximiliano Araujo (Brian Rodriguez 81), Fe­derico Vinas (Rodrigo Aguirre 91), Federico Valverde, Darwin Nunez (Agustin Canobbio 46) – Coach: Marcelo Bielsa

Referee: Maurizio Mariani (Italja)

assistenti: Daniele Bindoni,  Alberto Tegoni

Raba’ Uff.: Drew Fischer (Kanada)

Skorers: A. Al-Amri 41 (AS); M. Araujo (U)

Ammoniti: A. Al-Amri (AS)

Attendenza: 62,764

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport