Grupp G – Los Angeles
IRAN……………………… 2
NEW ZEALAND………… 2
L-Iran irkupraw darbtejn minn żvantaġġ biex spiċċaw fi draw ta’ 2-2 kontra New Zealand.
Dawn tal-aħħar fetħu l- iskor, fis-seba’ minuta, meta Elijah Just skorja b’nofs volley wara li rċieva mingħand Chris Wood.
Iżda fit-32 minuta, l-Iran kisbu d-draw permezz ta’ Ramin Rezaeian, li qabeż lill-goalkeeper Max Crocombe qabel iddepożita l-ballun fix-xibka.
Żewġ minuti qabel, Mehdi Taremi kien sfortunat meta l-konklużjoni tiegħu minn barra l-kaxxa ħabtet mal-lasta.
Fl-54 minuta, New Zealand reġgħu marru fil-vantaġġ meta Just kkombina tajjeb ma’ Chris Wood qabel ma llobja l-ballun minn fuq il-goalkeeper Alireza Beiranvand.
Iżda l-Iran għal darb’oħra sab mod kif jiksbu d-draw, fl-64 minuta, meta Mohammad Mohebbi kkonkluda bir-ras mill-cross ta’ Rezaeian.
Iran: Alireza Beiranvand, Milad Mohammadi, Ali Nemati, Shoja Khalilzadeh, Ramin Rezaeian, Aria Yousefi (Mehdi Ghayedi 46), Saeid Ezatolahi, Saman Ghoddos (Ehsan Hajsafi 65), Mohammad Mohebi, Mehdi Taremi (Amirhossein Hosseinzadeh 80), Shahriar Moghanlou (Ali Alipour 53) – Coach: Amir Ghalenoei
New Zealand: Max Crocombe, Liberato Cacace (Ben Old 68), Michael Boxall, Finn Surman, Tim Payne (Callan Elliot 78), Marko Stamenic (Tyler Bindon 92), Joe Bell, Elijah Just, Sarpreet Singh (Jesse Randall 92), Callum McCowatt (Ryan Thomas 68), Chris Wood – Coach: Darren Bazeley
Referee: Cesar Arturo Ramos Palazuelos (Messiku)
assistenti: Alberto Morin, Marco Bisguerra
Raba’ Uff.: Tomosuke Araki (Ġappun)
Skorers: E. Just 7, 54 (NZ); R. Rezaeian 32, M. Mohebi 64 (I)
Ammoniti: E. Hajsafi (I)
Attendenza: 70,108



