Saturday, October 26, 2024

TTD 2030: Il-Marokk jidħlu fl-offerta ma’ Spanja u l-Portugall

Aqra wkoll

Il-Marokk ħabbru li ngħaqdu ma’ Spanja u l-Portugall f’tentattiv bejn tlieta biex jospitaw it-Tazza tad-Dinja tal-FIFA 2030.

L-Ukrajna, li kienu ġew invaduti mir-Russja fi Frar 2022, inizjalment kienu ngħaqdu mal-offerta ta’ Spanja u l-Portugall f’Ottubru.

Mhux ċar x’se jiġri mir-rwol tal-Ukrajna wara t-tħabbira mill-Marokk fil-Kungress tal-FIFA tat-Tlieta.

Ġie rrappurtat li kien hemm tħassib minħabba l-gwerra u l-kwistjonijiet ta’ governanza li għaddejjin fl-Assoċjazzjoni tal-Football tal-Ukrajna.

Il-Marokk ħolqu sorpriża fit-Tazza tad-Dinja 2022 hekk kif saru l-ewwel team Afrikana li wasal għas-semi-finali.

Huma tilfu kontra Franza fl-aħħar erbgħa qabel ma ġew megħluba mill-Kroazja fil-play-off tat-tielet post.

“Nixtieq inħabbar li r-Renju tal-Marokk iddeċieda, flimkien ma’ Spanja u l-Portugall, li jippreżenta offerta konġunta biex jospita t-Tazza tad-Dinja tal-2030,” qal ir-Re tal-Marokk, Mohammed VI, f’ittra moqrija mill-Ministru tal-Isport tal-pajjiż, Chakib Benmoussa, f’Kigali, ir-Rwanda fejn il-FIFA qed tospita t-73 kungress tagħha.

“Din l-offerta konġunta, li hija bla preċedent fl-istorja tal-football, se ġġib flimkien l-Afrika u l-Ewropa, it-Tramuntana u n-Nofsinhar tal-Mediterran, u d-dinja Afrikana, Għarbija u Ewro-Mediterranja.

“Se joħroġ ukoll l-aħjar tagħna lkoll – fil-fatt taħlita ta’ ġenju, kreattività, esperjenza u mezzi.”

Il-Marokk kienu tilfu t-tellieqa mal-Afrika t’Isfel biex jospita t-Tazza tad-Dinja 2010.

L-Arġentina, iċ-Ċili, il-Paragwaj u l-Urugwaj ssottomettew ukoll offerta konġunta biex jospitaw it-Tazza tad-Dinja tal-2030, meta f’dik is-sena l-FIFA tiċċelebra l-100 anniversarju mill-ewwel edizzjoni li kienet saret fl-Urugwaj fl-1930.

Sport