Wednesday, March 27, 2024

Ċikliżmu: It-Tour de France 2024 se jintemm f’Nizza

Aqra wkoll

Għalkemm għadu ftit kmieni, l-organizzaturi tat-Tour de France qed jaħsbu biex it-tmiem tal-istadji bejn Monaco u Nizza isir b’time trial fuq għolja bejn dawn iż-żewġt ibliet.

F’Diċembru li għadda, tħabbar li waħda mill-iktar tlielaq prestiġjużi taċ-ċikliżmu mhux se tintemm iktar f’Pariġi iżda se ssir f’xi belt oħra Franċiża. Dan kollu qed iseħħ minħabba li f’Pariġi stess se jkun qed jiġi organizzat il-logħob Olimpiku ġimgħat qabel u l-preparamenti li se jsiru ma jħallihomx li t-Tour de France tintemm hawnhekk.

L-aħħar darba li t-Tour spiċċat b’time trial kien fl-1989 meta Greg Lemond kien rebaħ lil Laurent Fignon għal tmien sekondi biss.

Ekonomija

Sport