Monday, May 13, 2024

TTD tan-Nisa: Il-Brażil ispirati minn hat-trick ta’ Ary Borges

Aqra wkoll

Brażil ………4

Panama …..0

Il-Brażil ddominaw u għelbu lil Panama bl-iskor ta’ 4-0 bil-protagonista tkun l-attakkanta, Ary Bor­ges, li skorjat hat-trick … li kienet l-ewwel trippletta ta’ dan it-tournament. 

Din ir-rebħa tfisser ukoll li l-Brażil żammew ir-rekord perfett tagħhom hekk kif rebħu d-disa’ logħbiet tal-ftuħ tagħhom fit-Tazza tad-Dinja.

Huma fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Borges (19, 39). L-ewwel wieħed wa­sal minn daqqa ta’ ras bit-tieni wieħed permezz ta’ rebound. 

L-istess Borges setgħet skorjat ieħor iżda b’mod ta’ altruwiżmu hija għaddiet il-ballun b’daqqa ta’ takkuna lil Bia Zaneratto (48) li kompliet fix-xibka. 

Peró, fis-70 minuta, Bor­ges inkurunat il-wirja tagħ­ha permezz ta’ daqqa ta’ ras oħra għar-raba’ goal Brażiljan. 

Ta’ min jgħid ukoll li fit-tieni taqsima daħlet tilgħab l-aqwa player Brażiljan ta’ kull żmien, Marta, biex din kienet is-sitt fażi finali personali. 

Sport