Sunday, December 22, 2024

“Twanny kien f’diversi rwoli, iżda fuq kollox kien raġel tal-familja”

Il-Parlament isellem il-memorja ta’ Twanny Agius, missier David Agius

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Parlament sellem il-memorja ta’ Twanny Agius, li jiġi missier id-Deputat Speaker David Agius, li ħalla din id-dinja nhar it-Tlieta 18 ta’ Ottubru fl-età ta’ 79 sena. 

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne sostna li jgħodd mhux biss kemm ikollok snin, imma wkoll xi tkun għamilt fihom. Qal li Twanny Agius, is-snin tiegħu fostna, imliehom daqs bajda. 

“Kien President ta’ każin tal-banda. Kien ukoll plejer tal-futbol u membru tal-Kunsill tal-MFA. Kien attiv politikament u kien Kunsillier f’Ħal Qormi, iżda fuq kollox kien raġel tal-familja” qal Fearne. Huwa estenda l-kondoljanzi tiegħu lil David Agius u l-familjari tiegħu.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li Twanny kien bniedem ta’ valuri, li jagħmel kollox b’entużjażmu kbir. “Twanny ħadem b’lealtà, b’impenn u dejjem għamel dan fis-silenzju. Kien jemmen u jaħdem għal dak li jemmen fih,” qal Grech. 

L-Ispeaker Anġlu Farrugia wkoll sellem il-memorja ta’ Twanny Agius li ddeskrivieh bħala bniedem li kien jifraħ bik kull meta jarak u li l-valuri tal-familja kienu jispikkaw fih.

Ekonomija

Sport